Ma nbiddlux
Dil-gimgha kellna l-mozzjoni ta’ fiducja fil-Gvern. Il-vot kien car. Il-Gvern ghandu l-maggoranza parlamentari biex ikompli jmexxi. Qabel il-vot qam jaghlaq id-dibattitu il-Prim Minsitru. Semma l-passat tal-Partit Laburista. L-Oppozizzjoni splodiet. Membri tal-Oppozizzjoni infexxew jghajjru kemm jifilhu lill-Prim Minsitru. Interuzzjonijiet kontinwi minn membri tal-Oppozizzjoni.
Ghandna Oppozizzjoni li tippretendi li hi tista’ tghid li trid. Imma ahna m’ghandniex jedd nitkellmu. U dan ghadhom fl-Oppozizzjoni. U bilkemm ihalluna nitkellmu. Ahseb u ara jekk ikunu fil-Gvern.
Kif insemmulhom il-passat ikreh taghhom jirvellaw. Ghax ghandhom passat tal-misthija. Kien zmien meta d-demokrazija kienet mhedda. U dak iz-zmien wara dawn il-hnizrijiet kien hemm nies li llum ghadhom membri tal-Oppozizzjoni. U jekk il-Partit Laburista jkun fil-gvern jergghu jkunu ministri.
Iriduna ninsew il-hnizrijiet li ghamlu qabel l-1987. Ahna li battejna ghandna dmir ma ninsewx. Ghandna dmir nibqghu infakkruhom. Ghax min jinsa jerga’ jgarrab.
Iriduna ninsew il-hnizrijiet li ghamlu qabel l-1987. Ahna li battejna ghandna dmir ma ninsewx. Ghandna dmir nibqghu infakkruhom. Ghax min jinsa jerga’ jgarrab.
Jum tweldi
Illum ghandi l-birthday. Ghalaqt hamsin sena. Il-hajja tghallmek. Kull esperjenza hija lezzjoni. Kemm esperjenzi sbieh. Ukoll dawk koroh. Ovvjament hajja sabiha bla problemi ma tezistix. Dik holma. Mhux realtà. Il-hajja hija tahlita ta’ inzul u tlajja. Il-problemi ma jonqsu qatt. L-importanti li tiffacjahom. U titghallem minnhom. Il-hajja fiha wkoll hafna mumenti sbieh. Li trid tiehu gost bihom. U tapprezzahom. Fuq kollox il-hajja l-isbah rigal minn Alla l-Imbierek.
Nancy li tahdem mieghi giet fuqi. Awguratli ghall-birthday. Bi tbissima qaltli “Mar se taghlaq hamsin sena. Ghidli ftit x’jidhirlek mill-hajja?” Ghedtilha “Ha nghidlek Nancy, issa ili nofs seklu hawn. U bhal donni drajt hawn. Nghidlek is-sew ghaggla nitlaq m’ghandix.”
Lilly
Lilly Pullicino l-mara tal-Joe il-Bux ghandha stil. Hija mara qalbha tajba kemm trid. Tiehu hafna hsieb ommi. Barra minn hekk, ghandha l-aqwa haga. Kapaci tidhak biha nnifisha. Tivvintahom.
Xi ftit jiem ilu ghamlet it-tè. Ghaliha u ghal Joe. Fethet bott halib. Bdiet tferra l-halib mill-bott. Waqfet hesrem skantata. Il-halib tal-bott kien ahmar. “Dal-halib kif inhu ahmar” bdiet thewden wahedha Lilly. Imbaghad indunat. Kienet wahda minn taghha. Minflok bott halib kienet fethet bott polpa tat-tadam.
Ohra. M’ilux dahlet ghand ommi. Kien hemm hija Pawlu. Hija Pawlu ghandu kelb mir-razza tad-doberman. Kelb kbir. Fuq saqajh il-kelb iwassal sa qghaddi. Il-kelb jismu Duke. Lily harset lejn il-kelb u qaltlu “Pawl allura sew sew dan x’inhu kelb jew qattus?” Hija minflok wegibha beda jhabbat rasu mal-hajt.
Insomma ma’ Lilly ma tmut qatt.
No comments:
Post a Comment