Sunday, 29 July 2012

Premju Anzjan tas-Sena 2012

Fi tmiem din il-ġimgħa, is-Segretarjat tiegħi nieda l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Premju Anzjan tas-Sena. Inizjattiva li hi għal qalbi ħafna.  Hi opportunita biex flimkien, bħala pajjiż, niċċelebraw x-xjuħija attiva.

Il-premju jfittex li jippremja anzjani li jaħdmu b’risq il-komunità. Din hija ħidma li fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż kollu jistagħna minna.

Din is-sena l-premju qed jieħu dimensjoni ikbar peress li hija ddedikata għall-anzjanità attiva u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

Spiss ħarisna lejn x-xjuħija bħala l-agħar fażi fil-ħajja tal-bniedem.  Imma kemm konna mqarqin meta emmina hekk!

Dan il-premju jwaqqa’ din l-attitudni u jippremja lill-anzjani li baqgħu attivi fil-komunitajiet tagħhom. Għax l-anzjani mhux veru jieqfu jaħdmu wara l-età tal-irtirar.

 Jieqfu mix-xogħol formali kemm trid imma bosta minnhom jintefgħu f’ħidmiet oħra. Bosta drabi mingħajr gwadann finanzjarju. Biex għajrhom ikun aħjar.

L-anzjani llum huma attivi f’għadd ta’ avventuri volontarji fosthom il-baned, l-għaqdiet soċjali u reliġjużi, il-movimenti politiċi, il-kunsilli lokali,  il-parroċċi u f’diversi esperjenzi oħra ta’ fejda.

Il-Premju Anzjan tas-Sena jirrikonoxxi lil dik il-persuna li tagħmel xogħol b’mod volontarju ma’ min ikun jeħtieġ, u li bil-karattru u bl-attività tagħha, hija ta’ ispirazzjoni għall-anzjani oħra.

Barra minn hekk ta’ min iżid li jingħata wkoll Premju Speċjali lil dak l-anzjan li l-Bord tal-Għażla jkun irrikonoxxa li għamel xogħol siewi u meħtieġ fid-dar ta’ residenza fejn ikun qed jgħix.

Toqgħod taħseb min jaf kemm hawn anzjani li ħaqqhom ikunu nnominati għall-premju. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti sehmu għas-suċċess tal-Premju billi jinnomina anzjani li għażlu li jdawlu l-ħajja ta’ ħaddieħor. Li tinnomina lil xi ħadd hi ħaġa sempliċi. Imma tista’ tagħmel id-differenza f’ħajjet ħaddieħor.

Ir-rebbieħ jingħata trofew li jinżamm għal sena u li għandu tifsira u forma partikulari ħafna. Ktieb miftuħ. Dan jissimbolizza l-istorja tal-anzjani tagħna. Ktieb qadim imma mimli bl-esperjenzi tal-ħajja. Kull paġna li tqalleb, issibha mimlija bil-ħajja; u anki jekk illum il-karti sfaru xi ftit biż-żmien, xorta waħda għadhom jiġbru fihom tagħlimiet mill-isbaħ.

Il-Premju Anzjan tas-Sena nagħmluh biex nikkonfermaw li bħala pajjiż neħtieġu lill-anzjani tagħna. Huma fanali li jixegħlu l-lejl. 

Friday, 27 July 2012

Cirasa 27 ta' Lulju 2012

Night Shelter Gdid

Madwarna pajjizi ohra Ewropew qed inaqqsu l-pensjonijiet. L-Ingilterra qed inaqqsu is-servizzi lill-anzjani. L-istess f’diversi pajjizi Ewropew.

F’Malta sadattant qed inziduhom. F’din il-legislatura komplejna sebbahna San Vincenz de Paul. Irrangajna u zidna s-sodod fl-Isptar Karin Grech.  Ftahna l-eks Blue Sisters bhala Dar tal-Anzjani. F’dawn l-ahhar erba’ snin zidna 860 sodda gdida ghall-anzjani taghna.

Bhall-lum tmint ijiem il-Prim Minsitru u jien ftahna night shelter mill-isbah f’San Vincenz de Paul.  Night shelter mghammar bil-kumditajiet kollha. Kull anzjan ghandu kamra ghalih. Matul il-lejl se jkun hemm l-istaff maghhom. Filghodu l-anzjani se jiehdu kolazzjon qabel imorru d-dar. Min m’ghandux trasport jista’ facilment juza l-Arriva. Ghax l-Arriva tidhol San Vincenz u tieqaf ezatt quddiem in-Night Shelter. 

Ta’ kuljum ahna naghmlu ghazla politika. Dik li ninvestu hafna flus biex l-anzjani taghna jsibu s-servizzi li ghandhom bzonn. Biex sakemm ikun possibli x-xjuhija insarrfuha f’esperjenza dinjituza. Fil-qasam tas-sahha biss ahna nonfqu miljun Ewro kuljum.

 Tabilhaqq kif jghid il-Prim Minsitru. Iggudikawna fuq dan li naghmlu. Mhux fuq dak li nghidu. 

In-Nanna Giovanna

Mela t-tifla ta’ Giovanna Debono kellha baby. Giovanna saret nanna.  Ghandhom baby girl. Minn qalbi nifrah lill-familja ta’ Giovanna. Jalla l-Mulej izomm idejh fuq it-tarbija u l-familja taghha.  Giovanna urietni r-ritratti u vera ghandhom tarbija helwa. Il-Bambin ikompli maghha.

Mela wahda mara marret tkellem lill-Ministru Giovanna Debono id-dar. Kien hemm il-baby tat-tifla. U Giovanna urietha lill-baby. Il-mara ghamlet ghageb kemm kienet helwa t-tarbija. Hin minnhom daret lejn Giovanna u bl-aktar serjetà staqsietha “Giovanna din il-baby lil min harget tixbah?  Zgur li ma hargitx tixbah lilkom daqskemm hi helwa.”

Michael Gonzi….

Siehbi t-tabib Michael Gonzi qalli wahda tajba. Gratlu dil-gimgha.  Mar jara tifel zghir. Meta invistah u lesta, it-tifel dar fuq Michael. Qallu “Doctor inti huk Dr Lawrence Gonzi il-Prim Ministru?”

“Iva,” wiegbu Michael Gonzi”

“Isma’ huk ghalfejn jibza’ mill-murtali tal-festa?”

“Jibza’ mill-murtali tal-festa? staqsieh Michael.

“Iva naf cert li jibza’ hafna mill-murtali tal-festa” insista t-tifel.

“Le ta’, hija zgur ma jibzax mill-murtali tal-festa” wiegbu Michael.

“Mela jew ma tafx li huk il-Prim Ministru jibza’ mill-murtali tal-festa jew mhux qed tghidli l-verità” argumenta mieghu t-tifel.

“Le jahasra hija ma jibzax mill-murtali tal-festa. Din minn fejn gibtha?”, staqsieh Michael.

“Ghax fit-toroq rajt ir-ritratti kbar tieghu qed isodd widnejh”, wiegbu t-tifel bl-akbar serjetà.

Friday, 20 July 2012

Diskors Ftuħ Night Shelter Residenza San Vinċenz de Paul

Il-lejla hawn post li baqa’ vojt. Mistiedna li ma tfaċċatx. Persuna li f’kull inizjattiva ġdida li ħadna f’din ir-residenza  dejjem kienet magħna. Tagħti daqqa t’id. Theġġeġ. Tinkoraġġixxi.  Imma l-Mulej kellu pjanijiet oħra għaliha. Tul il-ħajja qasira tagħha din il-persuna marret mill-anqas darbtejn għal xhur sħaħ il-missjoni. Fosthom tlett xhur il-Brażil. Ftit jiem ilu propju nhar l-Erbgħa 11 ta’ Lulju l-Mulej sejħilha ħesrem għal aħħar u l-itwal Missjoni tagħha. Insellem lill-kollega u ħabiba tal-qalb tagħna - M’Anne Bugeja, Practise Development Nurse, li ħallietna ħesrem fl-età ta’ 37 sena. M’Anne kemm hu diffiċli naċċetaw li m’għadekx magħna. Li mhux se narawk aktar f’din ir-residenza. Li kienet qisha t-tieni dar tiegħek. F’ismi u f’isem sħabek nirringrazzjawk għal ħafna li tajt f’dan il-post. Żgur li ma nistgħu ninsewk qatt. Għax mingħajrek, M’Anne San Vinċenz mhux se jkun l-istess.
Intant l-okkażjoni tal-lum kif tafu hija l-ftuħ ta’ dan in-night shelter f’San Vinċenz. Il-poeta u politiku Anton Buttigieg kien ippubblika poeżija kurjuża. Imma kommoventi fl-istess ħin.  Il-poeżija jisimha Meta n-Nannu mar tax-Xjuħ.  

Hija l-istorja ta’ nannu li kellu jitlaq minn daru stess li bena bl-għaraq ta’ xbinu. Li fiha kienet tgħix ukoll bintu mal-familja tagħha. In-nannu jagħżel l-eżilju volontarju u jidħol hawn dak iż-żmien magħruf bħala “tax-xjuħ”. Jew l-Ingieret.
Fatt interessanti hu li l-poeta bħal donnu ried jippreżenta stampa reali tas-sitwazzjoni li kien hawn f’tax-xjuħ dak iż-żmien.  Jikteb li l-ambjent fejn mar in-nannu ma kienx ideali. Tant li l-poeta jgħid ċar u tond “li tiġi tgħix tax-xjuħ kien ifisser fil-bard u l-kesħa ta’ sala kbira, qalb l-irwejjaħ.”
Meta taqra din il-poeżija  ma tistax ma’ tikkonkludix kemm inbidlu ż-żminijiet.  X’qabża kbira għamilna fejn jidħlu l-anzjani tagħna. X’rivoluzzjoni siekta wettaqna biex l-anzjani llum jistgħu jsarrfu x-xjuħija tagħhom f’esperjenza dinjituża. U mhux aktar abbandunati “fi swali kbar qalb l-irwejjaħ, il-bard u l-kesħa.” Illum l-Ingieret li sibna spiċċa.  Illum nitkellmu fuq San Vinċenz de Paul. Dawk is-swali kbar inbiddlu fi swali iżgħar. Moderni. Atrezzati bil-kumditajiet kollha. Ilkoll mgħammra bil-bżonnijiet  meħtieġa. B’arja kkundizzjonata.  B’nurses, tobba u professjonisti oħrajn li jagħtu l-aħjar kura possibbli.  Biżżejjed insemmi l-blokka ta’ faċċata.  Jiġifieri l-Kumpless Ġwanni Pawlu II. Investiment ta’ 9 miljun Ewro u li ftaħna sentejn ilu. Swali li joffru kura speċjalizzata għall-persuni bid-dimensja. 

Ta’ min isemmi b’sodisfazzjon li r-rata tal-imwiet f’San Vinċenz f’dan l-aħħar għaxar snin naqset b’6%. Punt ieħor interessanti hu li bħalissa għandna 5 persuni f’SVPR li għalqu l-mitt sena.

Il-politika tagħna bħala Gvern kienet u tibqa’ li ninvestu l-flus u l-enerġija tagħna biex ix-xjuħija insarrfuha f’esperjenza pożittiva.  Ovvjament sa  fejn hu possibli l-anzjani għandhom jibqgħu jgħixu fil-komunità. Fil-post fejn trabbew. U rabbew. Tant hu hekk li anki f’din il-legislatura s-servizzi fil-komunità komplejna żidniehom.  Biżżejjed insemmi li llum għandna eluf ta’ anzjani li jużaw it-Telecare. F’sena qed inqassmu madwar  90,000 ikla permezz tal-Meals on Wheels. Xejn anqas minn 4,000 anzajn u anzjana qed jużaw il-Homehelp. L-Outreach Elderly Community Team li hu servizz multi dixxiplinarju ġdid fil-komunità għamel 3000 siegħa ta’ kura fid-djar tal-anzjani tul is-sena l-oħra.

Kif għidt diġà l-ideali hu li l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. Imma ovvjament jasal mument fejn l-anzjani jkollhom bżonn jidħlu f’xi residenza għall-kura fit-tul. Għalhekk komplejna nżidu n-numru ta’ sodod għall-anzjani. F’din il-legislatura biss żidna s-sodod għall-anzjani b’numru rekord: b’aktar minn 860 sodda ġdida.

Fi statistika li ħarġet riċenti rriżulta li n-nisa Maltin huma t-tielet l-aktar li jgħixu fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-irġiel huma t-tieni l-aktar li jgħixu. Dawn ir-riżultati ma ġewx b’kumbinazzjoni. Imma jfisser li bħala pajjiż għandna livell tal-għajxien tajjeb. Ifisser li għandna servizzi tas-saħħa tajbin. Fil-fatt bħala pajjiż aħna nonfqu miljun ewro kuljum fuq is-servizzi tas-saħħa.

Dan kollu jfisser li ta’ kuljum aħna qed nagħmlu għażla politika. Dik li nibqgħu ninvestu f’servizzi għall-anzjani tagħna. Għażla li tiswa ħafna u ħafna flus. Imma hija għażla konxja li nagħmluha b’konvinzjoni għax irridu li l-anzjani tagħna jsibu s-servizzi u l-kura li tixirqilhom u li għandhom bżonn. Għax nemmnu bis-serjetà li l-anzjani tagħna ħaqqhom l-aħjar. 
Il-kunċett tan-Night Shelters huwa servizz pjuttost ġdid għal Malta. Filfatt, dan tal-lejla se jkun it-tielet night shelter. Iż-żewġ night shelters l-oħra nfetħu fiż-Żejtun u l-Mellieħa In-night shelter hu opportunità għal dawk l-anzjani li jiddejqu jorqdu weħidhom matul il-lejl. Kull anzjan li juża dan il-post se jkollu kamra għalih, kamra tal-banju, kċina, living room u f’dan il-każ terrazzin. Filgħodu l-anzjani jieħdu wkoll kolazzjon hawn.  Kull sodda fiha nurse call button. Barra minn hekk matul il-lejl se jkun hawn membru tal-istaff assenjat f’dan in-Night Shelter. 
Sa ftit snin ilu fil-vokabularju Malti bil-kelma shelter konna nifhmu  ħofra kbira fil-blat li kienet tintuża fil-gwerra biex  jiskapulaw il-bombi tal-għadu.  Illum bil-kelma Night shelter qed nifhmu post ta’ kenn u wens għal dawk l-anzjani li ma jridux jorqdu waħedhom.
Irrid ngħid li dan il-post fejn illum għandna dan in-night shelter sa ftit xhur ilu kien jintuża bħala maħżen għall-imbarazz.  Min hawn u ftit ieħor se jkollkom l-opportunità li tidħlu u taraw kif dan il-post inbidel mil-lejl għan-nhar. B’umiltà ngħid li dan ta’ San Vinċenz hu wieħed mill-isbaħ night shelters li għandna s’issa. 
Punt importanti li xtaqt insemmi hu li kważi x-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tagħna ta’ din ir-residenza. Kellna team ta’ nies li ħadmu qatiegħ. Kienu flessibli. Għamlu dan il-proġett tagħhom. U f’qasir żmien minn maħżen żdingat mimli imbarazz tawna night shelter mill-isbaħ. Mhux se nsemmi ismijiet għax ma nixtiqx inħalli lil ħadd barra. Imma lil kull wieħed u waħda minnkom li ħdimtu f’dan il-post ngħidilkom grazzi u prosit mill-qalb. Għamiltu biċċa xogħol tajba ħafna. U fuq kollox għamiltuha minn qalbkom.  Jien tabilħaqq kburi bikom.

Meta ġejna biex nagħmlu dan il-proġett qabbadna lill-Perit Tony Muscat. Dan il-perit jaħdem privat u mhux impjegat tal-Gvern. F’kelma waħda qabbadnieh għal din il-biċċa xogħol privatament. Fl-ewwel laqgħa li kelli miegħu l-Perit Muscat għamilili ċara. Qalli “Mario jien se nagħmel dan ix-xogħol b’kundizzjoni waħda. Li naħdem b’xejn. Ma rridx ħlas. F’din ir-residenza kien hawn oħti rikoverata u rrid ngħid li ħadu ħsiebha u tawha l-aqwa kura possibbli. Oħti filfatt mietet hawn f’San Vinċenz”. Qalli “I own this place a lot u dan in-night shelter se jagħtini opportunità li nagħti xi ħaġa żgħira lura lil dan il-post.” U l-Perit Muscat żamm kelmtu. Għamel dan ix-xogħol u għamlu b’xejn. Nistqarr miegħek Perit li vera apprezzajt dan il-ħsieb ġentili tiegħek. Anki lilek Perit grazzi. Grazzi ħafna mill-qalb.
Bħala pajjiż aħna kburin bl-anzjani tagħna. Għax ħadmu u stinkaw. Mhux biss għall-familji tagħhom imma wkoll għal pajjiżna. Għandna dejn kbir magħhom. Li nieħdu ħsieb l-anzjani u nindukraw l-anzjani tagħna huwa wieħed mill-valuri li jibqgħu jiddistingwuna bħala poplu.
Għax huma bnew artna mill-ġdid wara gwerra qalila li heżżet gziritna.  Fuq kollox l-anzjani tagħna jibqgħu l-għassiesa tal-valuri. U f’dawn iż-żminijiet meta l-kriżi tal-valuri qed issaltan glorjuża, forsi aktar minn qatt qabel jeħtieġ induru lejn l-anzjani tagħna. Għax l-anzjani tagħna jibqgħu punt importanti ta’ referenza. Fanali li jdawwlu t-triq it-tajba. U l-fanali l-istess bħall-kwiekeb ... fid-dlam tal-lejl jixegħlu.
Irrid nagħlaq b’argument interessanti li jagħmel il-filosofu u t-teologu Abraham Heschel. Heschel jargumenta li hu faċli li turi imħabba lejn it-tfal tant li anki l-agħar dittatturi li kien hawn fl-istorja ta’ spiss kienu jidhru fil-pubbliku jżegħlu bit-tfal. Imma skont Abraham Heschel il-vera eżami ta’ poplu hu kif jitratta u jindukra  lill-anzjani tiegħu.
Nemmen li bħala pajjiż dan l-eżami għaddejnieh bl-unuri.
Grazzi Ħafna.

Ċirasa 20 ta' Lulju 2012

 
RCC

Il-Labour ghamel frame up fuq Richard Cachia Caruana. Bnew storja vvintata. Gidbu fuqu. Ghamlu kampanja kontrih fuq il-media taghhom. Ovvjament, bis-sehem tal-Kap taghhom Joe Muscat. Kampanja bla ebda skrupli.

Il-Labour taht Joe Muscat m’ghandux limiti. L-ewwel orkestraw kampanja kontra Richard Cachia Caruana fil-Parlament. Anki hawn, ma kinitx tinteressahom il-verità. L-ghan taghhom kien biss li jkissru lir-Richard Cachia Caruana. Li jtellfu lil Malta bniedem kapaci. Li kien qed jaghmel bicca xoghol eccellenti. Izda l-ghatx ghall-vendetta tal-Labour hija kbira. Anki wara li rrezenja komplew jigdbu. U jivvintaw fuqu. Ghamlu alegazzjonijiet serji hafna. Li rrizultaw li kienu foloz.

Tajjeb niftakru x’gara meta kien ghaddej il-guri dwar l-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana. Dak iz-zmien, il-Labour kienu ghamlu kampanja shiha. Biex jinfluwenzaw l-ezitu tal-guri. Il-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien, Alfred Sant u l-media taghhom kienu orkestra wahda. Jivvintaw l-alegazzjonijiet. Minflok hallew il-gustizzja ssir fil-qorti haduha fil-kazini tal-Labour. U fuq il-media taghhom. Dawru l-guri ta’ attentat ta’ qtil f’kampanja politika mahmuga partiggjana.

Imma l-kilba ghall-vendikazzjoni tal-Labour m’ghandhiex limiti. Issa komplew jivvintaw u jattakkaw lir-Richard Cachia Caruana. B’dak li ghamel il-Labour fil-granet li ghaddew, ippruvaw joqtlu lil Richard Cachia Caruana ghat-tieni darba.

 Isthu jekk tafu kif!

 “Ghaziz Prim Ministru …”

Dil-gimgha rajt ritratt b’messagg helu. Tifel zghir kien ha ritratt mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. It-tifel baghat kopja tar-ritratt lill-Prim Ministru Kastilja. Fuq wara ta’ dan ir-ritratt, dan it-tifel kitiblu hekk: “Ghaziz Prim Ministru, grazzi talli qed tiddedika hajtek biex tibnili l-futur tieghi.

 “Ghandi post ghalik”

Din gratli tassew. Mela kont tiela’ l-lift tal-Ufficcju. Tela’ mieghi impjegat tal-Gvern. Ma kontx nafu. Qabad konversazzjoni mieghi. Qalli “Sinjur jien nahdem ic-cimiterju tal-Addolorata”.

“Prosit habib, xoghol importanti”, wegibtu.

“Sinjur jekk jinqalaghlek xi haga thabbilx rasek. Ghandi bicca lesta ghalik. Post ghall-kwiet u ghall-frisk. Bully qieghed ghalik Sinjur”, qalli bl-akbar serjetà.

“X’qed tipprova tghidli habib? Li ghandek post lest ghalija c-cimiterju?”, staqsejtu skantat.

“Iva mela Sinjur. Mela int taf x’jista’ jinqalaghlek. U ha nghidlek, jekk filkaz tinkwetax. Ghax jien nigi nnaddaflek kuljum. Jien lilek nirrispettak f’hajtek u wara mewtek. Mhux se nhallik fil-hmieg. Zgur li le”, kompla jghidli b’solennità liema bhala.

“Isma habib int bis-serjetà qed tghidli? Jew gej bic-cajt dalghodu?”, staqsejtu mfixkel.

“Le sinjur qed nghidlek bis-serjetà kollha. Taf kemm naf nies bhalek li nqalghalhom xi haga u spiccaw hemm. Ma tafx x’jista’ jinqalaghlek Sinjur. Jien sempliciment irrid inserrahlek rasek li filkaz jien niehu hsiebek”, wegibni. Indunajt li ma kienx qed jiccajta.

Grazzi hafna mill-qalb habib. Vera obbligat. Serrahtli rasi dalghodu”, wegibtu.

Sadattant il-lift wasal. Hrigt mil-lift. U kif inghalaq il-bieb tal-lift kont pront ghamiltlu l-qrun. U did-darba kien imiss lili li bl-akbar solennità u devozzjoni nibaghtu jsaqqi l-hass tal-Marsa.

Monday, 16 July 2012

Night shelter Ġdid

Din il-ġimgħa għas-Segretarjat tiegħi hi waħda ta’ ferħ għax ħamest ijiem oħra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u jien se nkunu qed niftħu matul din il-leġislatura t-tielet night shelter.

Bħala gvern introduċejna dan il-kunċett totalment ġdid għal Malta fiż-Żejtun u wara frixna s-servizz għall-Mellieħa.  Din id-darba bdilna maħżen fir-Residenza San Vinċenz de Paul f’akkomodazzjoni komda li se tilqa’ tmienja min-nies għal billejl.
Irrid infakkar li Gvernijiet Nazzjonalisti biddlu minn qiegħ nett din ir-residenza li taħt Gvernijiet Laburisti kienet intelqet u kienet saret post mitluq u abbandunat. Xempju tal-mistħija! Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem taw l-aqwa u l-aħjar servizzi għall-anzjani tagħna.   

Aħna erġajna poġġejna fuq l-aġenda tagħna din ir-Residenza u maż-żmien bdilnieha għall-post li jirrispetta lill-anzjani tagħna. Ir-Residenza llum mhux biss tilqa’ l-anzjani imma tara li tindirizza l-aspett soċjali, psikoloġiku, soċjali u reliġjuż tal-klijenti tagħha.  Kburin ngħidu li llum qridna mill-Malti l-kelma ingieret. 
F’dak li kien l-Ingiret minbarra l-Blokka Ġwanni Pawlu 11 b’kura speċjalizzata għall-persuni bid-dimensja, għadd kbir ta’ swali gġall-anzjani, ċentru ta’ matul il-jum popolari għall-klijenti bid-dimensja li jgħixu fil-komuntajiet tagħna, u sala għar-respite beds, issa qed niftħu t-tielet post ta’ kenn u wens għall-anzjani matul il-lejl. 
In-night shelters joffru l-possibilità li r-resident li jkun indipndenti jgħix hemm matul il-lejl biss u matul il-jum ikompli ħajtu attiva fil-komunità. U l-anzjani llum mhumiex mitluqa.  Issibhom attivi fil-ħajja soċjali, pubblika, politika u ekonomika tal-pajjiż.

Fin-night shelters jitwieldu l-ħbiberiji u r-rispett bejn il-grupp li jgħix fih u allura jiġu miġġielda s-solitudni u l-abbandun li bosta drabi l-anzjani huma vittmi naturali tagħhom.
Fuq kollox f’dawn iċ-ċentri, ir-residenti jwennsu lil xulxin u jgħixu kuntenti bħall-familja waħda. Aħna naħsbulhom għal kollox. Kamra komda u diċenti mgħammra b’nursing call button biex inserrħu l-imħuħ tar-residenti li hemm min qed jieħu ħsiebhom.

In-night shelters huma fanal għall-matul il-lejl. Huma għodda li jagħmlu d-differenza. Huma esperjenza fihom infushom. Strument ħaj biex intejbu l-ħajja tal-anzjani tagħna.
Minbarra l-fatt li dawn il-postijiet ta’ wens huma opportunità oħra biex inħaddmu n-nies.  Weħidha r-residenza llum tħaddem iktar minn 1000 ħaddiem fi gradi differenti.

Saturday, 14 July 2012

Premju Haddiem tas-Sena Sptar Mount Carmel

DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ L-ONOREVOLI MARIO GALEA WAQT L-GĦOTI TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA U PREMJU TIM TAS-SENA ORGANIZZAT MILL-ISPTAR MONTE CARMELI, Ħ’ATTARD, IL-ĠIMGĦA 13 TA’ LULJU 2012.
Din il-festa tal-lum hija ċelebrazzjoni. Ċelebrazzjoni tal-ħidma li ssir fil-kwiet minnkom l-ħaddiema ta’ dan l-isptar. Kemm dawk li jaħdmu hawn f’dan l-isptar kif  ukoll dawk li jaħdmu fis-servizzi fil-komunità. Ħidma li ssir minn ħaddiema u professjonisti differenti. Imma lkoll importanti. Ilkoll b’għan wieħed. Li tagħtu kura ħolistika u tagħmlu d-dfferenza fil-ħajja tal-pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali. Ħidma li ħafna drabi ssir fis-skiet. ’Il bogħod mill-għajn tan-nies tat-triq. Mistura mill-kameras tat-television. U moħbija mill-pinna tal-ġurnalisti. 
Għax is-saħta tal-istigma mhix immirata biss lejn in-nies bi problemi ta’ saħħa mentali. Imma saħansitra anki lejkom il-professjonisti li taħdmu f’dan is-settur. Għax hawn min għadu jħares lejn il-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam b’ċertu dubju. Bhallikieku intom professjonisti anqas minn sħabkom li jaħdmu f’dixxiplini oħrajn. M’hemm għalfejn ngħidilkom jien li m’intomx. F’dan l-isptar u fis-servizzi li nagħtu fil-komunità, ta’ kuljum intom tmissu ħajjiet in-nies. Tagħmlu id-differenza f’mijiet ta’ familji. Li jiġu bżonn is-servizzi tagħkom. Ikollkom l-istejjer ta’ suċċess. Min jaf kemm nies ġew għandkom imfarrka. Bit-toqol tal-mard mentali. U llum fiequ. Jew jinsabu stabbli. Aħjar. U  qed ikomplu jgħixu ħajjithom. Hi x’inhi l-idea immuffatta ta’ ħafna jibqa’ l-fatt l-pazjenti u l-professjonisti fl-qasam tal-psikjatrija m’humiex ulied Alla tat-tieni klassi.
Intom il-ħaddiema u l-professjonisti ta’ hawn ġew iċ-ċavetta li tiftħu l-ħitan li kapaċi jaqflek fihom il-mard mentali. Biex il-klijenti tagħkom jerġgħu jingħaqdu ma’ nieshom u ħbiebhom. Ikomplu l-mixja tagħhom fil-komunità mkebbsa mill-ġdid bl-imħabba lejn il-ħajja. Intom terġgħu tnebbħu fihom il-ħolm li għal xi żmien kien deher li sparixxa. U terġgħu tnibbtu fihom ir-rieda biex dak li nħatt jerġa’ jinbena.
Il-ħidma li qed tagħmlu intom hija kbira u speċjali. Speċjali għax kif għedt ħafna drabi tagħmluha fis-skiet. Minghajr ir-rikonoxximent xieraq. Naċċertakom li jien personalment u l-gvern napprezzaw l-enerġija tagħkom.  Din tal-lum mhux okkażjoni ta’ xinxilli imma ċelebrazzjoni tal-impenn taghkom. Jum li fih nieqfu ftit u aħna b’sens ta’ dmir u bi pjaċir niġu hawn. U ngħidulkom grazzi. Grazzi ħafna mill-qalb.
L-iskop aħħari mhux min se jirbaħ il-premjiiet. Xi ħadd irrid jirbaħ. Imma fl-aħħar mill-aħħar intom ilkoll rebbieħa.  Oliver Friggieri kiteb ħajku li kif tafu hija poeżija ta’ tlett linji li naħseb hu maqtugħ għalikom. Għax iqaxxar ix-xoghol li tagħmlu intom. Dan il-ħajku jgħid hekk:

Intom  tħallu

Warajkom il-passi tagħkom

Fuq qalb ħaddiehor
U tabilħaqq hekk hu. X’hemm isbaħ fil-ħajja milli jkollok l-opportunità li permezz tax-xogħol tiegħek tidħol f’qalb bniedem ieħor. U tnaqqaslu d-dieqa. U l-piż tal-ħajja. Tgħinnu jkun aħjar. Mhux lilu biss imma lil ta’ madwaru wkoll. Għalhekk il-festa tal-lum. Festa tal-impenn tagħkom li tagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-klijenti tagħkom.
Sfortunatament, is-soċjetà tagħna l-istess bħall-popli oħrajn bniet diversi teoriji u ħallata ballata ta’ ideat dwar il-mard mentali. Anki llum meta qegħdin fl-era ta’ edukazzjoni u meta ninsabu invażati b’ għejun ta’ informazzjoni, l-injoranza fuq dan il-mard baqgħet b’rasha mgħollija ssaltan galor.
Ħafna jaħsbu li l-mard mentali hu esklussiv u jolqot lil ftit nies. Aktarx jemmnu li l-mard mentali jolqot lil min is-soċjetà tikklassifikah fil-qiegħ tal-piramida soċjali għax forsi ma tgħallimx l-iskola. Jew ġej minn sfond fqir.
Hija ħasra li ħafna ma jintebħux li l-istorja tal-umanità hi mżewqa b’nies li għamlu l-istorja.  Nies li minkejja s-suċċess u l-fama li kisbu, kellhom ukoll problemi ta’ saħħa mentali. Insemmi biss ftit eżempji. Ix-xjentist Isaac Newton, il-kompożitur Ludwig van Beethoven, il-President Amerikan Lincoln, il-pittur immortali Van Gogh, l-ikona Florence Nightingale, Il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, ix-xjenzat tant magħruf Charles Darwnin. Il-mużiċista Billy Joel kif ukoll l-attriċi Brooke Shields, it-tnejn li huma kienu tkellmu bil-miftuħ dwar l-esperjenza tagħhom tad-depression. Il-Pricipessa Diana kellha depression u eating disorders.  L-attur magħruf Harrison Ford ukoll kien ibati minn depression. L-istess il-kantanta famuża Olivia Newton-John għaddiet minn esperjenza ta’ depression.  L-awtriċi tas-sensiela popolari Harry Potter, Joanna Rowling  titkellem f’intervista dwar il-fatt li kienet għaddiet minn esperjenza ta’ depression u saħansitra kienet ukoll suwiċidali.
Dawn, u tant oħrajn, ilkoll għaddew mit-tribulazzjoni u l-piż ta’ mard mentali. Għax il-mard mentali ma jħarisx lejn l-uċuħ. Inkella lejn l-istat tiegħek fis-soċjetà.  Tabilħaqq fejn tidħol il-possibiltà tal-mard mentali kulħadd f’baħar wieħed qiegħed. 
Kif  tafu sew l-istigma dwar il-mard mentali mhix xi ħaġa ta’ Malta biss. Xi ħmistax ilu, il-BBC irrapporta bi prominenza li żewġ Membri Parlamentari Ingliżi l-Onorevoli Charles Walker u l-Onorevoli Kevan Jones ħadu deċiżjoni u tkellmu għall-ewwel darba fil-House of Commons fuq l-esperjenza personali tagħhom tal-mard mentali.  Iż-żewġ membri Parlamentari stqarrew li ma kinitx deċiżjoni faċli li jitkellmu fil-pubbliku fuq il-fatt li għaddew minn esperjenza ta’ mard mentali. Dan minkejja li fl-Ingliterra mill-anqas wieħed minn kull erba’ persuni hu stmat li se jbati minn problemi ta’ saħħa mentali f’xi mument tul ħajtu. 
Il-Membru Parlamentari Kevan Jones ammetta waqt id-diskors tiegħu fil-House of Commons li  dan kien wieħed mill-aktar diskorsi diffiċli li qatt kellu jagħmel tul il-karriera politika tiegħu. Hu kompla li ma kienx jaf jekk din l-ammissjoni kinitx se taffettwa l-karriera politika tiegħu. Jew kif se jibdew iħarsu lejh il-kostitwenti tiegħu. Imma stqarr li ikunu xi jkunu l-konsegwenzi, jekk dan il-pass kien qed jgħin biex titnaqqas l-istigma allura kien laħaq l-għan tiegħu.
Kif tafu jien tkellimt diversi drabi fuq l-esperjenza personali tiegħi meta kont għaddejt minn esperjenza ta’ depression. Ma tkellimtx biex ikun eroj. Ghax minix. Tkellimt biex nikser is-skiet li jtarrax li għad hawn fuq il-mard mentali. Biex napprezzaw li l-mard mentali jista’ jolqot lil kulħadd. Int min int. U int x’int. Fuq kollox tkellimt biex nwassal messaġġ li ma fiha xejn x’tistħi li tgħid li għaddejt minn esperjenza ta’ problema ta’ saħħa mentali.
Nistqarr li wara l-ammissjoni tiegħi bqajt skantat bl-ammont ta’ nies li ġew fuqi. U bdew ikellmuni fuq esperjenzi simili tagħhom. U jgħiduli kemm għamiltilhom kuraġġ meta ammettajt fil-pubbliku li kont għaddejt minn esperjenza ta’ depression. Mhux wieħed u tnejn qaluli “jekk ma ddejjaqtx titkellem int allura nista’ nitkellem jien ukoll fuq l-esperjenza tiegħi.” U dak hu li jagħtini ħafna sodisfazzjon. U jikkonvinċini nibqa’ nsemmi din l-esperjenza personali. 
Meta tkellmu ż-żewġ Membri Parlamentari Ingliżi diversi organizazzjonijiet volontarji fl-Ingilterra, li jaħdmu kontra l-istigma sejħu d-diskorsi taż-żewġ membri parlamentari bħala milestones importanti biex titnaqqas l-istigma. Kien hemm min sejjaħ id-diskorsi taż-żewġ membri Parlamentari Ingliżi bħala “diskorsi storiċi  u kuraġġużi.”
Nistidinkom biex flimkien inkomplu interrqu f’din it-triq iebsa tal-bidla. Sakemm naslu fi stat li jekk membru parlamentari jammetti li għadda minn esperjenza ta’ problemi ta’ saħħa mentali la jibqa’ jitqies pass kuraġġuż u anqas storiku. Jekk membru parlamentari jammetti li għandu d-dijabete jew kundizzjoni tal-qalb ma tkunx ammissjoni storika. Nerġa’ insaqsi - Għaliex għandha tkun differenti jekk tammetti li għandek jew kellek problema ta’ saħħa mentali?
Dan il-poplu jagħmel sew jekk jistenbaħ mir-raqda komda li jinsab fiha. Jaqbillu jfarfar l-għanqbut li trabba tul is-snin fuq is-saħħa mentali. Nerġa’ nfakkar li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tbassar li minn hawn u ftit snin oħra l-problemi tas-saħħa mentali speċjalment dawk l-aktar komuni bħad-dipressjoni u l-ansjetà se jkunu ferm aktar komuni mill-kanċer u d-dijabete.  Ħadd m’għandhu dritt jiskanta. Jittimbra u jwarrab nies bi problemi ta’ saħħa mentali. Jien ma niskantax minn min ikollu bżonn kura għall-probelma tas-saħħa mentali. Jien niskanta biss b’dawk li jiskantaw.  Nagħder l-injoranza tagħhom.
Għax kif  kien qal ferm tajjeb l-ex president Amerikan Bill Clinton:  Mental illness is nothing to be ashamed of, but it is the stigma and bias that should shame us all.    

Wieħed irid jirrikonoxxi li l-kura fis-saħħa mentali f’Malta mxiet ħafna.  Minbarra dan l-isptar qegħdin  dejjem ninvestu aktar fis-servizzi fil-komunità. Fil-fatt fil-kommunità biss f’dawn l-aħħar erba’ snin investejna xejn anqas minn seba’ miljun ewro. Is-sena li għaddiet  xejn anqas minn 14,000 il-persuna użat is-servizzi tagħna fil-komunità.
Ta’ min ifakkar li hija d-direzzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li fil-qasam tas-saħħa mentali għandna kemm jista’ jkun ninvestu fil-komunità. 
Fuq kollox issa għamilna pass ieħor importanti ħafna. Dan hu l-att il-ġdid dwar is-saħħa mentali.  Liġi li se tbiddel il-kura fil-qasam tas-saħħa mentali. Kif kelli l-okkażjoni ngħid diġà din il-liġi ma tħarisx lejn il-marda mentali. U tieqaf hemm. Imma din hi liġi li qed tifhem li wara l-marda, l-ewwel u qabel kollox hemm bniedem. Li jrid jiġi ttrattat b’rispett u b’dinjita.
Konklużjoni
Biex nikkonkludi ppermettuli nerġa’ nsemmi esperjenza li qaltli waħda mill-professjonisti tagħna li taħdem magħna f’dal-qasam. Ftit ilu din il-professjonista ltaqgħet miegħi u qasmet miegħi xi ħaġa li qaltilha milux waħda mill-pazjenti tagħha. Qed nerġa’ nsemmiha għax vera fiha messaġġ qawwi.
Din il-pazjenta qaltilha hekk “ħa ngħidlek ... int la jasal it-tmiem tiegħek u tidher quddiem Alla mhux se tkun waħdek. Għax int se jkollok miegħek ħafna qfief tqal. Alla se jħares lejn dawk il-qfief, jitbissimlek u jħaddnek miegħu.  Għax dawk il-qfief huma mimlija bit-toqol tal-mard tagħna li int ħadt fuqek u serraħtna minnu.”
Lilkom lkoll li taħdmu f’dan il-qasam grazzi għat-tgħabbija kbira li qed iġorru fis-skiet. Sinċerament nemmen li għandkom premju jistennikom fis-sema.

Friday, 13 July 2012

Cirasa 13-07-2012

M’Anne Bugeja

Il-bierah ircivejt ahbar li hallietni bla kliem. M’Anne Bugeja nurse f’San Vincenz hallietna hesrem. Bla kliem u bla sliem.

Bla tlaqliq nghid li M’Anne kienet wahda mill-ahjar nurses li kellna F’San Vincenz. Kienet Practise Development Nurse. Dedikata. Tal-affari  taghha. Kont tlabtha tohodli hsieb il-kors tal-carers li qed nitrenjaw f’San Vincenz. Min jaf kemm ghallmet carers. Mhux biss kienet nurse kapaci. Imma dak li kienet taf kienet dejjem lesta taqsmu ma shabha.

M’Anne kienet nurse li thobb l-anzjani.  Kienet taqbez ghalihom. Dejjem tirsisti  li l-anzjani taghna ghandhom dritt jinghataw l-ahjar kura possibli.

Fuq kollox M’Anne kienet tfajla ferrieha. Dejjem bi tbissima fuq fommha.  Shabha kienu jfittxuha mhux biss ghall-parir professjonali. Imma wkoll bhala habiba.  Kienet tirrecta fuq il-palk. Kemm fid-Domus iz-Zejtun. Kif ukoll mal-anzjani San Vincenz.

F’M’Anne jien kont sibt habiba. Kollega professjonali. U xi hadd li stajt tafdah b’ghajnek maghluqin. Is-sliem ghaziza M’Anne. Strieh fil-paci. Grazzi hafna ta’ kollox. M’ahna se ninsewk qatt M’Anne. Ghax minghajrek San Vincenz mhux se jkun l-istess.

 Ix-xemx tnixxfek

Bhalissa ghaddejjin minn shana kbira. Importanti li kulhadd isegwi l-pariri li tajna. Safejn hu possibbli trid tevita x-xemx ta’ bejn il-11am u l-4pm. Trid tilbes hwejjeg cari. U hfief. Importanti li tixrob hafna ilma. Anki jekk ma jkollokx ghatx. Kul ikel frisk bhal salads. Jekk se tmur fix-xemx uza sunblock tajjeb. U pprova fittex id-dell.

 Ix-xemx sabiha. Imma perikoluza. Tafdahiex.

Il-House Visit ta’ Jason.

Mela nhar il-Hadd, siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien qed jaghmel il-house visits Rahal Gdid. Kellu appuntament ma’ familja. Hu u diehel ghajtitlu gara. Li inzertat fil-bieb.  “Int qed idur id-djar?” staqsietu din il-mara.

“Iva daz-zgur,” wegibha Jason.

“ Mela ejja ghandi Sinjur. Kemm ili biex niltaqa ftit mieghek. Int wiehed miz-zwiemel li ghandna fil-partit taghna,” qaltlu din il-mara.

“Grazzi Sinjura. Iva nigi bil-qalb kollha. Imma stennini nidhol ghand din il-familja ta’ hdejk ghax ghandi apputament maghhom u wara nigi ghandek.

Jason hekk ghamel. Kif lesta l-familja tal-appuntament baqa sejjer ghand il-mara li kienet ghajtitlu.   Kif dahal din laqgħetu mill-ewwel “X’se naghmlu Sinjur? Se nirbhu. Serrahli rasi ghidli li se nirbhu ghax digà ghandi qalbi tferfer.

Bil-kalma Jason  wegibha “Ara Sinjura did-darba mhux se tkun facli. Imma verament nemmen li ghandna biex nirbhu. Imma rridu nibqghu nahdmu sal-ahhar.”

 “Ma nafx kif qed tghidli hekk Sinjur daqskemm qed ikollna nies”, kwazi widdbitu. Imbaghad il-mara harget il-flixkun tal-inbid. U nsistiet li tferraghlu tazza inbid. “Sinjura jahasra jien ma nixrobx. Anqas fit-tieg ma xrobt. Vera ma nixrobx. Grazzi talli daħhaltni ghandek. Imma issa se jkolli nahseb ghax fadalli fejn immure,” wegibha Jason.

Kif kien qabad hiereg il barra, il-mara kienet pronta gibditu mill-komma tal-glekk. “Hawn int toqghodx thalli in-nies jidhku bik. Ara sew ghand min qed tidhol. Dik li kellek appuntament maghha dik gakbina. Dik mhux maghna Dik Nazzjonalista tinten.”